Tuesday, April 24, 2012

Vetturi kummerċjali fit-toroq

Vetturi kummerċjali - 'heavy vehicles' - għal raġunijiet ta' sigurta u anke għax it-triq mhux dominju ta' kumpanija privata li tikkapparra l-ispazju pubbliku minflok tinvesti f'faċilitajiet għall-attivita kummerċjali tagħha.

L-Avviż Legali 50 tal-1979 jipprojbixxi l-ipparkjar ta' vetturi kummerċjali fit-triq. Hawn qed nirriproduċi l-parti relevanti bl-Ingliż:

Legal Notice 50 of 1979 Motor Tractor Regulations (as subsequently amended between 1979 and 2003) stipulates that: “No person shall stop, whether temporarily or otherwise, and leave unattended, or shall park any motor tractor and/or trailer or any heavy commercial vehicle or other commercial vehicle loaded with a container or leave a container in any road, yard, area or open space whether enclosed or otherwise other than in an authorized parking place or at an authorized container storage depot.”

F'Triq is-Sedqa f'Ħ'Attard dar-regolament jinkiser ta' kuljum. Infurmat li l-Pulizija avżata. 

Nixtieq iżda niċċara punt. L-imħażen fi Triq is-Sedqa u anke Triq il-Pitkali għandhom il-permess joperaw, iġifieri jistgħu jidħlu vetturi tqal f'dawn it-toroq biex jaċċessaw dawn l-imħażen. Mhux se noqgħod indur mal-lewża għax dawn huma l-fatti. Fatti li ma jogħġbunix imma xorta jibqgħu fatti. Jien kont wieħed mill-ftit li opponejt li jingħataw permessi għal imħażen (wara li inbnew taparsi garaxxijiet 'normali' li mbagħad sar bdil fl-użu tagħhom). Ftit sibt appoġġ mir-residenti dak iż-żmien ħlief minn koppja anzjani li kienu l-unika nies li kellhom il-kuraġġ joħorġu għonqhom. 

L-oġġezzjonijiet tiegħi saru fl-01/11/1995 u fl-20/03/1996 dwar 'change of use of garage' (PA 0260/96) u 'cold storage facilities' (PA 3710/95). Il-froġa saret xorta. Il-membri parlamentari speċjalment fuq in-naħa tal-vern dak iż-żmien ma qalu xejn fuq il-bidla minn garaxxijiet għal imħażen. 

Jien għandi l-kuxjenza f'postha.



Darb'oħra: 

  • Il-proposti li ressaqt għall-pjan ta' 3 snin tal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard
  • Għaliex il-bżonn ta' 'contract manager'?
  • Pjan ta' mobilita sostenibbli

Nota:
Dan il-blog jikkumplimenta l-blog l-ieħor tiegħi http://ralphcassar.wordpress.com iżda jiffoka l-aktar fuq ħidmieti bħala Kunsillier f'Ħ'Attard. 



No comments:

Post a Comment