Tuesday, July 17, 2012

Awtur, ritratti, gwerra, kunsill u kazin jiltaqghu...

Din is-sena peress li hija s-sebghin sena mill-Konvoj ta' Santa Marija u peress li fl-istess waqt f'H'Attard tkun ghaddejja l-festa ta' Santa Marija hsibt biex nipproponi u norganizza flimkien ma' kunsillier iehor, Remigio Bartolo, ghan-nom tal-Kunsill Lokali u l-Kazin La Stella Levantina wirja zghira ta' ritratti marbutin mal-gwerra.

Ghaliex infakkru l-gwerra? Biex qatt ma ninsew il-fortuna kbira li nghixu fil-paci!

Il-wirja se tiehu l-forma ta' ritratti b'kummentarju tal-awtur kontemporanju Immanuel Mifsud, li joqghod H'Attard. Ir-ritratti nkisbu mill-arkivji tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u mill-Imperial War Museum tar-Renju Unit. B'dawn ta' l-ahhar, ritratti ta' Ta' Qali (zona ta' H'Attard) li fi zmien il-gwerra qala' hafna bombi peress li kien ajruport militari.

Il-wirja se ssir fil-Kazin tal-Banda (hdejn il-knisja ta' H'Attard) - grazzi ghall-President is-Sur Charles Camilleri. Tiftah fl-10 t'Awwissu fis-7.30pm u tibqa' miftuha tul il-jiem tal-festa sal-15 t'Awwissu. Nispera li l-idea pjuttost differenti fi granet meta aktar nies mis-soltu jersqu lejn il-parti l-qadima ta' H'Attard tintghogob.

Ghal darb'ohra qed nahdem ukoll fuq progett zghir flimkien mal-GreenPak li insejjhulu 'Ekofesta' fejn naghmlu sforz biex il-materjal riciklabbli, l-aktar hgieg, bottijiet tax-xorb, u plastik li jigi ggenerat waqt il-festa kemm jista' jkun jingabar separatament ghar-riciklagg.

Min huwa minn H'Attard nappellalu li jekk jinzel ghal xi attivitajiet waqt il-festa jaghmel sforz u jinzel bil-mixi u min jigi minn barra jew ma jistax jimxi biex jipparkja 'l barra mic-centru l-antik - tajjeb li ma noholqux traffiku ghalxejn meta bi ftit sforz nistghu ingawdu t-toroq dojoq u antiki hielsa mit-traffiku ghal ftit jiem f'sena shiha.

No comments:

Post a Comment